Valuri
Drittijiet tal-Bniedem, Demokrazija u Stat ta’ Dritt
Il-Kunsill tal-Ewropa iheġġeġ il-liberta’ tal-espressjoni u tal-media, il-liberta’ tal-assoċjazzjoni, l-ugwaljanza, u l-ħarsien tal-minoranzi. Nieda diversi kampanji dwar kwistjonijiet bhall-ħarsien tat-tfal, diskors ta’ mibegħda li jsir online, u d-drittijiet tar-Roma, li huma l-akbar minoranza fl-Ewropa. Il-Kunsill tal-Ewropa igħin lill-istati membri sabiex jiġġieldu l-korruzzjoni u t-terroriżmu, u sabiex jagħmlu r-riformi ġudizzjarji meħtieġa. Il-grupp ta’ esperti kostituzzjonali fi ħdanu, magħruf bħala l-Kommissjoni ta’ Venezja, joffri pariri legali lil pajjiżi madwar id-dinja.
Il-Kunsill tal-Ewropa jippromwovi id-drittijiet tal-bniedem permezz ta’ konvenzjonijiet internazzjonali bhal per eżempju il-Konvenzjoni ghall-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika, u l-Konvenzjoni dwar is-Cybercrime (kriminalita’ li titwettaq online). Igħasses il-progress li jagħmlu l-istati membri f’dawn l-oqsma u jagħmel rakkomandazzjonijiet permezz ta’ korpi ta’ esperti indipendenti ta’ moniteraġġ. Illum il-ġurnata lanqas wieħed mill-istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa ma japplika l-piena kapitali.
Korpi ta’ moniteraġġ
- Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO)
- Kumitat Ewropew ghall-Prevenzjoni tat-Tortura u Trattament jew Kastig Inuman jew Degradanti (CPT)
- Grupp tal-Esperti dwar Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (GRETA)
- Kumitat tal-Partijiet – Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament Sesswali u l-Abbuż Sesswali (Kumitat Lanzarote)
- Kummissjoni Ewropeja ghall-Effikacja tal-Ġustizzja (CEPEJ)
- Kumitat tal-Esperti ghall-Evalwazzjoni ta’ Miżuri kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu (MONEYVAL)
- Kummissjoni Ewropeja kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI)
- Kumitat Ewropew ghad-Drittijiet Soċjali (ECSR)
- Kumitat tal-Pariri dwar il-Konvenzjoni Qafas ghall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali
- Kumitat tal-Esperti dwar il-Karta Ewropeja ghall-Ilsna Reġjonali u ta’ Minoranzi
Did you know?
The 10 000 pharmaceutical products manufactured and sold in Europe are subject to strict controls thanks to the work of the European Directorate for the Quality of Medicines & HealthCare.
Il-Kunsill tal-Ewropa huwa organizzazzjoni separata mit-27 membru tal-Unjoni Ewropea. Imma l-ebda pajjiż ma qatt issieħeb fl-Unjoni mingħajr ma qabel kien membru tal-Kunsill tal-Ewropa.
Kemm ghandu stati membri il-Kunsill tal-Ewropa?